|
Article on other languages:
|
Fil-bioloġija, Speċi hija unità bażika tal-biodiversità. Fil-Klassifikazjoni Xjentifika, Speċi tingħatha isem b'2 partijiet, bil-Latin. L-ewwel parti huwa l-Ġeneru bl-ewwel ittra kapitalizzata u t-tieni parti eżatt wara miktubha kollha b'ittri żgħar. Eżempju: il-Bniedem jagħmel parti mil-Ġeneru Homo u l-isem ta' l-ispeċi huwa Homo sapiens. L-isem ta' l-ispeċi huwa magħmul dejjem miż-2 partijiet u jissejjaħ isem binominali jew il-binominal u mhux mit-tieni parti biss (li tissejjaħ l-epitet speċifiku, għall-pjanti, jew l-isem speċifiku, għall-annimali). Il-binominal, li wara ħafna kien ġie formalizzat fil-kodiċi bioloġiċi tan-nomenklatura, kien introdott bħala xi ħaġa standard minn Carolus Linnaeus fl-1700 u b'hekk irrisulta li xi drabi jissejjaħ in-"Nomenklatura Linnaeusjana". Dak iż-żmien, it-Teorija bioloġika kienet tgħid li l-ispeċi jirrapreżentaw atti ta' kreazjoni indipendentement minn Alla u b'hekk kienu kkunsidrati objettivament reali u immutabli. Bl-avvent tat-teorija ta' l-evoluzjoni, il-kunċett ta' Speċi fil-bioloġija għadda minn bidla kbira, madankollu qatt ma ntlaħaq kunsens fuq id-definizjoni tal-kelma. L-aktar definizjoni komunement użata ta' Speċi hija dik ta' Ernst Mayr. Din id-definizjoni imsemmija bħala l-kunċett ta' speċi bioloġika jew il-kunċett ta' speċi isolata tgħid; l-ispeċi huma "gruppi ta' popolazjonijiet naturali li attwalment jew potenzjalment jirriproduċu bejniethom li huma riproduttivament isolati minn gruppi oħra ta' dan it-tip". Madankollu, ħafna aktar kunċetti ta' Speċi huma użati (ara Definizjonijiet ta' Speċi hawn taħt). L-isem xjentifiku ta' speċi propjament irid jinkiteb italizzat. Meta wieħed irid jirreferi għal speċi li m'hijiex magħrufha dan għandu jsir billi juża l-abbrevjazjoni "sp." fis-singular jew "spp." fil-plural fil-post fejn jinkiteb it-tieni parti tal-isem tal-ispeċi jew kif jissejjaħ ukoll l-isem speċifiku jew l-epitet speċifiku. Definizjonijiet ta' SpeċiSpeċi hija popolazjoni riproduttivament iżolata li taqsam set ta' ġeni u niċċa komuni. Din id-definizjoni tiddefinixxi Speċi riproduttivament, ġenetikament, u ekoloġikament... Id-definizjoni ta' Speċi hawn fuq li parti minnha hija ta' Ernst Mayr, hija ftit idejalistika. Din tassumi riproduzjoni sesswali, u b'hekk tħalli barra mhux definiti klassi kbira ta' organiżmi li jirriproduċu asesswalment. Il-bioloġisti ta' spiss ma jkunux jafu do not know whetherjekk 2 gruppi ta' organiżmi morfoloġikament simili humiex "potenzjalment" kapaċi jirriproduċu. Aktar minn hekk hemm ikkunsidrata il-varjazjoni ta' b'liema grad ta' suċċess għandha l-ibridazjoni kemm naturali kif ukoll taħt kundizzjoni sperimentali jew inkella b'liema grad ta' suċċess uħud mil-organiżmi jużaw ir-riproduzjoni sesswali bejniethom biex jipproduċu. B'hekk, jeżistu numru ta' definizjonijiet bi ħsieb ta' Speċi:
Fil-prattika, dawn id-definizjonijiet ħafna drabi jaqblu ħafna bejniethom, u d-differenzi bejniethom magħmula ħafn' aktar mil-emfasi milli mil-kontradizjonijiet. Mhux minn ta' linqas, s'issa 'l ebda kunċett ta' Speċi li ġie propost ma kien totalment objettiv, jew li jista jiġi applikat fil-każi kollha mingħajr ma jkun hemm bżonn għal ġudizju. Bil-ħajja kumplessa kif inhi, uħud argumentaw li definizjoni totalment objettiva għat-tipi kollha tal-ħajja hija pratikament impossibli, w il-bioloġisti għandhom jużaw l-aktar definizjoni prattika. Għal-biċċa l-kbira tal-vertebrati, huwa il-kunċett tal-iSpeċi bioloġika, u sa ċertu punt (jew għal skopijiet differenti) il-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika. Ħafna sottospeċi tal-kunċett tal-iSpeċi bioloġika, huma ikkunsidrati Speċi bil-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika; id-differenzi bejn il-kunċett tal-iSpeċi bioloġika w il-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika tista tiġborhom f'din is-sentenza il-kunċett tal-iSpeċi bioloġika jiddefinixxi Speċi b'konsegwenza ta' manifest ta' storja evoluzjonarja, waqt li l-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika jiddefinixxi Speċi b'konsegwenza ta' manifest ta' potenzjal evoluzjonarju. B'hekk Speċi b'kunċett tal-iSpeċi filoġenetika tinħoloq meta linjaġġ evoluzjonarju jibda jinfired, waqt li Speċi b'kunċett tal-iSpeċi bioloġika tinħoloq meta il-firda tal-linjaġġ evoluzjonarju tkun kompluta. L-Importanza tal-Klassifikazjoni fil-BioloġijaL-ideja ta' l-iSpeċi għandha storja twijla. l-iSpeċi huwa wieħed mill-aktar Taksa jew livelli importanti fil-klassifikazjoni għal ħafna raġunijiet:
Wara użu għal-eluf ta' snien il-kunċett baqa ċentrali għal bioloġija u għal suġġetti relatati, biss, f'uħud mid-drabi jibqa wkoll definit ħażin u kontroversjali.
Links Esterni
|
This article is from Wikipedia. All text is available under the terms of the GNU Free Documentation License.